Ġrajjietha
L-għolja tal-Imdina (Città Notabile) li tmur lura għal Żmien il-Bronż kienet diġà żona fortifikata. Madwar is-sena 1000 QK, il-Feniċi bnew u dawru l-post u l-parti minn dak li llum huwa r-Rabat bis-swar ffortifikat. Kienet tissejjaħ Malet, li tfisser refuġju, l-istess isem li ngħata lil din il-gżira.
Skont it-tradizzjoni, fejn illum hemm mibni l-Katidral, kien ġie mibni palazz li fih kien joqgħod il-Gvernatur Ruman Publiju, dak li kien appuntat minn San Pawl biex ikun l-ewwel Isqof ta’ Malta.
Fis-Sena 870 WK, Is-Saraċini attakkaw din il-gżira, u din il-lokalità ngħatat l-isem modern tagħha. L-Imdina, li tfisser belt imdawra bis-swar. Għal raġunijiet ta’ difiża, l-Għarab firdu l-Imdina minn mar-Rabat permezz ta’ foss fond ħafna, u dawru din il-belt bi swar ġdid. Minn dan iż-żmien ‘il quddiem, L-Imdina ma nbidlet kważi xejn. L-istruttura u l-pjan tat-toroq tagħha huma prattikament l-istess bħal dawk ta’ elf sena ilu.
Fis-sena 1090, Il-Konti Ruġġieru ħa f’idejh ir-riedni ta’ din il-belt. L-ewwel azzjoni li ħa kienet li bena knisja ġdida ddedikata lil San Pawl minflok il-knisja żgħira li fuqha kien hemm il-palazz ta’ Publiju. Il-Konti Ruġġieru u s-suċċessuri tiegħu waqqfu wkoll l-Aristokrazija Maltija, li dejjem kellha rwol importanti fl-istorja tal-Imdina.
Taħt in-Normanni u d-dinastiji kollha li segwew, Malta u l-Imdina għaddew minn żminijiet diffiċli. In-nobbiltà Maltija, li kienet tgħix ġewwa s-swar tal-Imdina biex jipproteġu ruħhom mill-attakki tal-pirati, kellhom jieħdu ħsieb il-bżonnijiet u l-amministrazzjoni ta’ Malta. Il-Viceroy ta’ Sqallija kien ta lil Malta d-dritt ta’ awtonomija interna, li kienet tiffunzjona permezz tal-Università, li kienet tiltaqa’ ġewwa l-Imdina. Minħabba l-kuraġġ li wrew l-abitanti tal-Imdina meta qajmu rewwixta kontra l-inġustizzji li kien wettaq Monroy, il-gvernatur tal-gżira, ir-Re ta’ Spanja ta t-titlu ta’ Notabile lill-belt tal-Imdina.
Fl-1530, l-Imperatur Charles V ta lil Malta lill-Ordni ta’ San Ġwann. Il-kavallieri li kienu mibgħuta biex jirrapurtaw dwar il-qagħda tal-gżira u l-istat tal-belt tal-Imdina ddikjaraw li din il-belt hija qadima u abbandunata. Meta eventwalment l-Ordni ġew Malta, kienu wegħdu awtonomija interna tal-Imdina u d-drittijiet ċivili tal-Maltin jkunu mħarsa.
Waqt l-Assedju l-Kbir mit-Torok, l-Imdina, taħt it-tmexxija tal-gvernatur Portugiż Don Mesquita, tat kontribut għar-rebħa finali permezz tal-kuntatti ma’ Sqallija u l-attakki għall-għarrieda fuq partijiet mill-armata Torka.
Wara l-Assedju l-Kbir tal-1565, il-bini tal-Belt Valletta fl-1566 naqqas mill-importanza tal-Imdina. L-Imdina saret il-belt il-qadima. Il-Granmastru Lascaris kellu pjan biex iwaqqa’ s-swar ta’ madwar il-belt, iżda meta s-suldati ġew biex iwettqu din l-ordni, in-nisa tal-Imdina attakkaw lis-suldati bil-lasti tal-ixkupa u bil-ħbula u l-Granmastru ħalla l-Imdina kif kienet imdawra bis-swar.
Terremot qawwi ħasad lil Malta fl-1693 u dan qered bosta bini, inkluż il-Katidral. Il-Granmastru Vilhena ħa l-opportunità biex jibda proġett ta’ bini ġdid ġewwa l-Imdina. Kien hemm pjanijiet lesti għall-Katidral ġdid mill-perit Malti Lorenzo Gafa, flimkien mal-Palazz tal-Maġistratura, li dak iż-żmien kien is-sedja tal-Università. Din bdiet torganizza l-laqgħat fil-Palazzo Giuratale. In-nobbli wkoll bdew jibnu palazzi ġodda ġewwa l-Imdina, b’dan il-mod jagħtu dehra aktar moderna lill-belt kif nafuha llum.
Fi żmien il-Franċiżi, in-nies tal-Imdina kienu minn tal-ewwel li qajmu rewwixta kontra l-Franċiżi, qatlu lill-ġeneral Masson, u r-rewwixta komplet fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
L-Ingliżi li ġew wara l-Franċiżi warrbu għal kollox l-Università. L-Imdina, aktar minn qatt qabel saret ir-refuġju tal-aristokrazija Maltija, li b’xi mod għenet biex tinżamm id-dehra aristokratika u l-karattru medjevali tagħha. L-Imdina llum il-ġurnata hija magħrufa bħala “Il-Belt is-Siekta”.
Peter J. Dei Conti Sant Manduca
Sindku
Sanità, Innovazzjoni, Infrastruttura, Proġetti u Kultura
Joseph Debono
Viċi Sindku
L-Anzjani u L-Ambjent
Mary Ann Sultana
Kunsillier
Komunitajiet, Settur Soċjali, Integrazzjoni Soċjali
Camilla Scerri
Kunsillier
Edukazzjoni u Żgħażagħ
Alfred Barboro Sant
Kunsillier
Sport u Attivitajiet Fiżiċi, Ħarsien tal-Annimali
Mark Mallia
Segrattarju Eżekuttiv
Kunsillieri

Peter J. Dei Conti Sant Manduca
Sindku
Sanità, Innovazzjoni, Infrastruttura, Proġetti u Kultura

Joseph Debono
Viċi Sindku
The Elderly & The Environment

Mary Ann Sultana
Kunsillier
Kommunitajiet,Settur Socjali,IntegrazzjoniSoċjali

Camilla Scerri
Kunsillier
Edukazzjoni u Żgħażagħ

Alfred Barboro Sant
Kunsillier
Sport u Attivitajiet Fiżiċi,Ħarsien tal-Annimali

Mark Mallia
Segrattarju Eżekuttiv
Dikjarazzjoni
Aħna kommessi fil-ħidma ta’ restawr u preservazzjoni tal-belt.
Iffukati fuq l-iżvilupp tas-settur turistiku (L-Imdina hija t-tieni l-aktar belt popolari li jżuru t-turisti b’iktar minn 70% tagħhom iżuru l-Imdina waqt il-btala tagħhom f’Malta).
Kommessi biex inħarsu s-sigurtà, naraw li jkun hemm osservanza tal-liġi, tisħiħ tal-komunità (Neighbourly watch) u żamma tal-paċi pubblika.
L-Imdina hija waħda mill-iktar distretti siguri f’Malta. Is-Sindku flimkien mal-Kunsilliera huwa determinati li l-belt tal-Imdina żżomm il-karattru tipiku tagħha.
Servizzi

Il-Ġbir tal-Iskart Domestiku
Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna hawn taħt biex tara xi skart jinġabar matul il-ġranet tal-ġimgħa.
Meta wieħed għandu joħroġ il-borża s-sewda, il-griża u dik organika.

Ġbir ta’ Skart Kbir (Bulky Refuse)
Servizz fil-ġimgħa għar-residenti.
Biex tibbukkja, tista’ ċċempel l-uffiċċju amministrattivi tal-kunsill fuq 21454480
Għat-trakk tal-Wasteserv kull it-tieni Ħamis tax-xahar bejn 09.30 u s-13.30 09.30 – 13.30

Ġbir ta’ Skart Riċiklabbli
Id-dettalji kollha huma inklużi fl-istess tabella tal-Iskart Domestiku.
Għall-ġbir ta’ skart tal-ħġieġ, trid tikklikkja fuq il-link li jidher hawn taħt.

Il-Knis tat-Toroq
Billi jintuża l-makkinarju jew il-kennies, qed nassiguraw l-indafa tat-toroq tagħna kuljum.
Ikklikkja fuq il-buttuna REPORT IT!, jekk tara xi żona li ma ġietx miknusa.

It-Tindif taż-Zoni Urbani
It-tindif permezz tal-makkinarju taż-żoni urbani jsir f’qasir żmien fuq bażi regolari.
Ikklikkja fuq il-buttuna REPORT IT!, jekk tara xi żona li ma ġietx miknusa.

Day Centre & Night Shelter
Full time-table and location here

Librerija Publika
Enter location and opening hours here. Maybe connect button below to bibliotecha valletta?

Free Internet
Għall kull lokalita madwar Malta u Għawdex, jekk joghġbok ikkilikkja hawn taħt.
The Android and iPhone Apps are available to download.
The App will show the closest hotspot in realtion to your location.

Servizzi Soċjali
Simply add the time-table & location here

Other
Other can be a number of services, ex: WEEE