Ġrajjietha
Magħluqa bejn numru ta’ għoljiet fin-naħa tal-majjistral ta’ Malta nsibu l-lokalita żgħira tal-Mellieħa. Il-fatt li tinsab fl-għoli, din il-lokalita’ marittima hija mdawra fuq tliet bnadi mill-baħar ikħal tal-Mediterran, li tagħtiha veduti meraviljużi minn kull naħa. Hija madwar 150 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar u tagħti għal fuq il-bajja sabiħa tar-ramel magħrufa bħala l-Għadira jew Mellieħa Bay.
Illum, il-Mellieħahija komunita’ ta’ madwar 9000 abitant u tinkludi fiha housing estates bħal Il-Qortin, Santa Marija Estate, Ta’ Pennellu, Mellieħa Heights, Ta’ Masrija u Tal-Ibraġ. Tinkorpora fiha wkoll l-irħula żgħar ta’ Selmun u l-Manikata.
Meta, madwar 8000QK, l-ewwel abitanti ta’ Malta ġew lejn xtutna minn Sqallija, żgur li kien attirati minn dan il-post li huwa kkaratterizzat minn serje ta’ għoljiet u widien u abbundanti f’numru ta’ għerien kbar, żoni kennija, art għammiela u ilma ġieri naturali. Għalhekk Il-Mellieħa, setgħet kienet ċentru kbir għall-abitanti trogloditi, kif jixhdu n-numru kbir ta’ fuħħar li nstabu hemm.
Aktar tard, instabu aktar f’diversi postijiet fl-inħawi tal-Mellieħa, bħal f’ “Ta Msid” ġewwa l-Aħrax, l-Armier, Għajn Żejtuna, l-Imġiebaħ u żoni oħrajn, fejn instabu fdalijiet megalitiċi filwaqt li nstabu wkoll oqbra Puniċi-Rumani, u Palaeo-Kristjani li għadhom viżibbli fejn San Niklaw, Ħawwiexa u Selmun.
Il-cart ruts enigmatiċi li nsibu mifruxin madwar il-gżejjer Maltin huma preżenti wkoll f’diversi nħawital-Mellieħa. Ħafna minnhom jikkonsistu minn żewġ ħofriet paralleli għal xulxin maqtgħuhin fl-uċuħ tal-blat. Xi kultant dawn jaqsmu ġo xulxin u dawk li nsibu fejn Paradise Bay jaslu sa tarf l-irdum u jisparixxu x’imkien taħt il-baħar.
In-ninfa leġġendarja Calypso tidher ukollfil-Mellieħa f’għar kumpless fuq Wied Ġnien Ingraw li huwa ddedikat lilha u li fih kienet toqgħod waqt li kienet tkun tiddeverti ma’ Ulissi. Xi studjużi tal-istorja jsostnu li d-deskrizzjoni mogħtija minn Omeru torbot perfettament ma’ dan it-tali post.
Kunsillieri
Kunsillieri









Servizzi

Il-Ġbir tal-Iskart Domestiku
Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna hawn taħt biex tara xi skart jinġabar matul il-ġranet tal-ġimgħa.
Meta wieħed għandu joħroġ il-borża s-sewda, il-griża u dik organika.

Ġbir ta’ Skart Riċiklabbli
Id-dettalji kollha huma inklużi fl-istess tabella tal-Iskart Domestiku.
Għall-iskeda tal-ġbir ta’ oġġetti tal-ħġieġ, jekk jogħġbok ikklikkja HAWN.
Il-Knis tat-Toroq
Billi jintuża l-makkinarju jew il-kennies, qed nassiguraw l-indafa tat-toroq tagħna kuljum.
Ikklikkja REPORT IT! jekk tara li ż-żona ma ġietx imnaddfa.
It-Tindif taż-Żoni Urbani
It-tindif permezz tal-makkinarju taż-żoni urbani jsir f’qasir żmien fuq bażi regolari.
Ikklikkja REPORT IT! jekk tara li ż-żona ma ġietx imnaddfa.

Ċentru għal matul il-jum u xelter għal matul il-lejl
Sigħat Operattivi
Ċentru għal matul il-jum
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa – 08.00 to 16.00
Kenn għal matul il-lejl
Matul is-sigħat ta’ billejl
Ikkuntattja fuq: 21 521 333

Librerija Pubblika
Ħinjiet tal-ftuħ
Minn Ottubru sa Ġunju
It-Tlieta – 12.30 sat-15.30
L-Erbgħa – 14.15 sas-18.15
Is-Sibt – 09.00 sa 12.00
Mill-1 sat-12 ta’ Lulju u mit-8 sat-30 ta’ Settembru
L-Erbgħa – 10.00 sa 12.00 u 17.00 sas-19.00
Mit-13 ta’ Lulju sas-7 ta’ Settembru
L-Erbgħa 08.30 sa 12.30 u 17.00 sas-19.00
Il-Ġimgħa 08.30 – 12.30

Ħarsien Soċjali u Servizzi
Is-Servizzi Soċjali huma pprovduti mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa mit-08.00 sa 12.00

Oħrajn
- Il-Ħlas ta’ kontravenzjonijiet
- Il-Ħlas tal-kirjiet lid-Diviżjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern
- Ħruġ ta’ permessi, li jinkludu permessi għal: Ikkampjar, skips, Attivitajiet fil-miftuħ, depożitu ta’ materjal għall-bini jew materjal/oġġetti fit-toroq, depożitu jew użu ta’ krejnijiet u makkinarju ieħor
- Assistenza lill-kuntratturi tat-toroq minn Gwardjani Lokali
- Applikazzjonijiet, jinkludu: Passaporti, ċertifikati tat-twelid, mewt jew żwieġ, servizzi offruti mid-Dipartiment għall-ħarsien tal-Anzjani
- Formoli, jinkludu: Dawl u Ilma, EHIC, ETC, VAT Refunds, Liċenzji Kummerċjali