Ġrajjietha
In-Naxxar huwa mibni fuq għolja fil-parti tat-Trammuntana ċentrali u jkopri 11 km2 ta’ art u popolazzjoni ta’ aktar minn 14-il elf persuna. In-Naxxar huwa post antik u jmur lura għal żmien il-preistorja. Fih insibu cart ruts (raddi tal-karettun), oqbra Puniċi u katakombi skoperti f’numru ta’ postijiet.
Wisq probabli li n-Naxxar ħa ismu minn Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. It-tradizzjoni tgħid li n-nies tan-Naxxar kienu l-ewwel nies li taw l-għajnuna tagħhom meta l-bastiment inkalja. Aktar tard San Pawl ikkonverta lir-residenti ta’ dak iż-żmien għal Kristjaneżmu. Għalhekk ħafna nies jorbtu lin-Naxxar ma’ Nassar li eventwalment tfisser ‘konverżjoni għall-Kristjaneżmu’. It-teorija tagħmel aktar sens permezz tal-motto ‘Prior Credidi’ li tfisser ‘L-ewwel nies li emmnu’.
Għalkemm in-Naxxar jidher purament post residenzjali, il-mixjiet fih juru xort’oħra. Fil-pjazza ewlenija tan-Naxxar, insibu Palazzo Parisio u l-knisja Parrokkjali, waqt li fil-parti l-antika niltaqgħu ma’ numru ta’ toroq dojoq u djar tipiċi li jagħmlu n-Naxxar wieħed pittoresk.
Il-lokalita’ tkopri ċ-ċentru tan-Naxxar, il-parti tas-Sgħajtar, Santa Marija tax-Xagħra, San Pawl tat-Tarġa, Birguma, Magħtab, Salina, Baħar iċ-Ċagħaq u parti mill-Madliena.
Kunsillieri









Il-missjoni tagħna
Li ntejbu il-livell ta’ ħajja għar-residenti billi noffru u nżidu aktar servizzi ta’ kwalita’.
Servizzi

Ġbir ta’ Skart Riċiklabbli
Id-dettalji kollha huma inklużi fl-istess tabella tal-Iskart Domestiku.
Għall-ġbir ta’ skart tal-ħġieġ, trid tikklikkja fuq il-link li jidher hawn taħt.

Day Centre għall-anzjani
Dettalji
Naxxar Day Centre
Centru Civiku Vjal il-Wiehed U Ghoxrin Ta’ Settembru ,
Naxxar Malta NXR 1018
Tel: 21 424 447
Ħinjiet tal-ftuħ
Mit-Tnejn sal-Gimgħa mis-7 ta’ filgħodu sat-tlieta u kwart ta’ waranofsinhar.
Is-Sibt u l-Ħadd magħluqin

Librerija Pubblika
Dettalji
Naxxar Area Library
Ċentru Ċiviku Vjal il-Wieħed U Għoxrin Ta’ Settembru ,
Naxxar
Tel: 21 419 103
Email: naxxar.library@gov.mt
Ħinjiet tal-ftuħ
Ix-Xitwa (Ottubru – Ġunju)
It-Tnejn 2.30pm – 5.00pm
L-Erbgħa u s-Sibt: 8.30am – 12.00pm
Is-Sajf (Lulju – Settembru):
It-Tnejn, l-Erbgħa, Is-Sibt: 8.30am – 12.00pm