KNEJJES PARROKKJALI

L-Imdina

Il-Katidral Metropolitan ta' San Pawl

Il-Katidral Metroplitan ta’ San Pawl magħruf l-aktar bħala l-Katidral ta’ San Pawl jew il-Katidral tal-Imdina, huwa katidral Kattoliku Ruman fl-Imdina, iddedikat lill-Appostlu San Pawl. Il-katidral inbena fis-seklu tnax u skont it-tradizzjoni jinsab fil-post fejn il-Gvernatur Ruman ta’ dak iż-żmien Publiju ltaqa’ ma’ San Pawl wara n-nawfraġju tiegħu f’Malta. Il-katidral oriġinali sofra ħsarat kbar fit-terremot ta’ Sqallija, tal-1693 u b’hemm inħatt u ġie mibni minfloku katidral fuq stil Barokk fuq disinn tal-arkitett Malti Lorenzo Gafa’, bejn is-sena 1696 u 1705. Dan il-katidral huwa meqjus bħala biċċa xogħol imprezzabbli ta’ Gafa’.

Il-katidral huwa s-sede tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fejn mis-seklu dsatax din il-ħidma ġiet konġunta flimkien mal-Konkatidral ta’ San Gwann fil-Belt Valletta.

Ħad-Dingli

Knisja Parrokjali Santa Marija Assunta

Ħad-Dingli ilu parroċċa minn qabel l-1463, fil-fatt huwa wieħed mill-eqdem irħula f’Malta li kellhom il-parroċċa tagħhom. Qabel il-parroċċa kienet taħt l-isem ta’ Ħal-Tartarni.

Illum il-ġurnata l-knisja parrokkjali ta’ Ħad-Dingli hija ddedikata lil Marija Assunta, jew aħjar lil Santa Marija, u l-festa f’ġieħ din il-patruna ssir Ħadd wara l-15 ta’ Awissu.

______

Ir-raħal ilu parroċċa sa minn qabel l-1463. Fil-fatt hija waħda mill-eqdem villaġġi f’Malta li għandha il-knisja parrokkjali tagħha. Qabel, il-parroċċa kienet taħt l-isem Ħal-Tartarni.

Illum il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli hija ddedikata lil Maria Assunta, jew kif aktar magħrufa lil Santa Marija. Il-festa lill-patruna tiġi ċċelebrata l-ewwel Ħadd wara l-15 t’Awwissu.

Ħal-Għargħur

San Bartolomew Appostlu

Is-sit tal-kappella ta’SanBartilmew kien magħżul għall-knisja il-ġdida, u din bdiet tinbena fis-sena 1610 fuq pjanti ta’ Tommaso Dingli. Il-knisja għandha stil Doriku u Barokk. Il-knisja ġiet ikkonsagrata mill-Arċisqof Paul Alpheran de Bussan fit-22 t’April tal-1736.

Il-faċċata tal-knisja inbniet fis-sena 1743. Inbniet fuq stil differenti minn dak fuq ġewwa.

Il-faċċata tal-knisja l-qadima li saret minn Dingli kienet pjuttost differenti minn dik li nafu llum. Din il-knisja hija ftit għola mis-saqaf tal-knisja oriġinali u fuq wara tagħha fuq il-faċċata għandha numru ta’ skulturi li probabilment kienu jappartjenu għall-knisja l-qadima.

Il-Mellieħa

Knisja Parrokjali Marija Bambina

Il-knisja parrokkjali tal-Mellieħa hija ddedikata lil Marija Bambina u nbniet fis-snin bejn l-1881 u 1898. Il-ġebel tagħha kien maqtugħ kollu minn barriera fl-Aħrax tal-Mellieħa u l-ġebel kollu nġarr mill-bdiewa li ħadmu bla heda biex jaraw il-bini tal-knisja ġdida.

Hekk kif il-binja tlestiet, il-kappillan tal-parroċċa Dun Franġisk Magri, Dun Carlo Cortis u Dun Indri Fenech ħadmu u rsistew fuq il-parti ta’ ġewwa tagħha.

Kien bejn is-sena 1920 u 1940 li ttellgħu l-kampnari u tlestiet il-koppla flmkien ma ħames qniepen li ġew ddedikati lil San Franġisk, San Ġużepp, Sant’Antnin, San Pawl u lill-Verġni Marija. Dawn inġiebu minn Milan waqt li l-artal tal-knisja ġew ddekorati u mpittra mill-aqwa artisti Maltin ta’ dak iż-żmien fosthom Giuseppe Cali’ u Lazzru Pisani.

(Ringrazzjament: David Muscat)

Il-Manikata

Knisja Parrokjali San Ġużepp

Il-knisja parrokkjali ddedikata lil San Ġużepp kienet iddisinjata minn Richard England fl-1962 u nbniet bejn l-1964 u 1974. Din hija waħda mill-aktar knejjes innovattivi f’Malta.

Il-knisja tikkonsisti f’kolonni mgħawwġin, bi skop li joħolqu element ta’ intimita’ waqt li l-konfigurazzjoni tagħhom tfakkarna fit-tempji Megaltiċi f’Malta. Hija wkoll ispirata mill-kappella tan-Notre Dame du Haut minn Le Corbusier. Li jmorru lil Ħinn minn knisja konservattiva favur forom skulturati. Il-forma ġenerali ta’ England għal din il-knisja kienet ispirata minn interpretazzjoni astratta tal-girna, binja tipika u tradizzjonali maltija mibnija bil-ġebel tas-sejjieħ.

Il-knisja għandha l-iskop li tattirak spiritwalment f’ambjent naturali li jikkumplimenta l-madwar.

L-Imġarr

Knisja Parrokjali Santa Marija Assunta

In-nies tal-Imġarr għal numru ta’ snin kienet qiegħda titlob biex ikollha knisja għalihom u ma jibqgħux jagħmlu aktar parti mill-parroċċa tal-Mosta li kienet wisq ‘il bogħod.

Ix-xewqa tagħhom ġiet maqtugħa fis-sena 1898 u immedjatament inbeda ix-xogħol fuq il-bini li tlesta fis-sena 1946.

Il-Mosta

Basilika ta' Santa Marija Assunta

Il-Basilika ta’ Marija Assunta, magħrufa aktar bħala l-Rotunda, hija knisja Kattolika Rumana u Bażilika Minuri fil-Mosta, ddedikata lil Marija Mtella’ s-sema. Din il-knisja nbniet bejn l-1833 u tkompliet fis-sittinijiet tas-seklu dsatax. Fuq disinn neoklassiku ta’ Giorgio Grognet de Vasse’ fil-post fejn kienet tinsab il-knisja Rinaxximentali mibnija fl-1614 fuq disinn ta’ Tommaso Dingli.

Id-disinn tar-Rotunda huwa ispirat mill-Pantheon ta’ Ruma u għandha it-tielet l-akbar koppla fid-dinja. Il-knisja evitat bi sbrixx il-qerda tagħha matul it-tieni gwerra dinjija, meta fid-9 t’April 1942 bomba mill-għadu Ġermaniz taqbet il-koppla u spiċċat fil-knisja waqt li kienet qiegħda ssir il-quddies u fortunatament ma splodietx. Dan l-avveniment ġie interpretat minn bosta bħala miraklu, għalkemm bombi oħrajn simili ma splodewx.

In-Naxxar

Knisja Parrokkjali Twelid tal-Verġni Marija

Il-parroċċa tan-Naxxar kienet l-ewwel waħda mibnija fil-kampanja Maltija. Għal żmien twil il-konfini li jdawwru l-parroċċa kienu jestendu lejn in-naħa tat-Trammuntana tal-pajjiż.

Fis-sena 1610 il-Għargħur u l-Mosta ġew parroċċi separati. Il-bini tal-knisja preżenti li tlesta fl-1630, naqqas il-fruntieri bejn il-parroċċi.

Aktar tard fis-seklu dsatax, fl-1845 il-Mellieħa ġiet meqjusa bħala parroċċa għaliha u sussegwentement ġara dan f’San Pawl il-baħar fl-1905. Dan ovvjament li kompla jnaqqas il-fruntieri. Meta twaqqfet il-parroċċa ta’ Burmarrad, in-Naxxar sar parċoċċa Arċipretali Matriċi, speċita, omm il-knejjes l-oħra. Fl-1949 ġiet onorata bħala knisja Arċipretali u għalhekk ikollha arċipriet.

Fl-2019 ġiet elevata għall-knisja kolleġġjata.

Pembroke

Knisja Parrokjali Kristu Rxoxt

Il-parti bejn il-bajja ta’ San Ġorġ u baħar iċ-Ċagħaq kien bħala żona militari għal bosta snin. Priġunieri tal-ġwerra Ġermaniżi kienu bnew ukoll kappella ċkejkna f’din iż-żona.

Meta l-forżi Inġliżi telqu minn Malta l-post inbidel f’żona residenzjali għall-familji maltin. Waqt li l-Arkitett Richard England għamel il-pjanti biex tissebbaħ il-kappella. Meta l-parti pastorali Ta’ L-Ibraġġ ġiet imwaqqfa, Pembroke kien jagħmel parti minnha. Iżda minħabba ż-żieda minn ħmien għal żmien fil-popolazzjoni, l-awtoritajiet tal-knisja ddeċidew li Pembroke tiġi awtonoma u għaliha.

Inbena ċentru pastorali ġdid u Pembroke saret parroċċa fit-8 ta’ Diċembru 2004.

Ir-Rabat

Kolleġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl

Il-knisja hija mibnija fuq il-foss tal-Belt Rumana fejn tinkludi l-parti l-kbira tar-Rabat.

Il-knisja hija mibnija fuq il-grotta li skont it-tradizzjoni, San Pawl qagħad fiha għal tlitt xhur f’Malta bħala priġunier fis-sena 60 W.K. Fl-1336 l-Isqof Hilarius irrefera għall-knisja bħala ecclesia Sancti Pauli de crypta. Huwa jirreferi wkoll għaċ-ċimiterju u l-foss Ruman.

Numru ta’ knejjes ġew mibnija, kemm mid-djoċesi kif ukoll mill-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-knisja preżenti inbniet u tħallset min-nobbli Guzmana Navarra fuq pjanti ta’ F.Bonamico.

Il-knisja tlestiet minn Lorenzo Gafa’ fis-sena 1683.

San Pawl il-Baħar

Knisja Parrokjali Madonna tad-Duluri

Id-data ddedikata: 8 ta’ April 1979.

San Pawl il-baħar dejjem kien post ta’ villeġġjatura. Minħabba ż-żieda residenzjali ta’ matuil is-sajf, fil-bidu tas-seklu għoxrin is-santwarju ta’ San Pawl spiċċa żgħir wisq.

Il-Kuntessa Anna Bugeja fit-tifkira tas-sena qaddisa tal-1900 bniet knisja ddedikata lill-Madonna tad-duluri u għaddietha lill-Franġiskani Konventwali.

TIl-knisja saret parroċċa fis-sena 1905 u tkabbret konsideralment fis-snin ta’ bejn 1960-1979.

Is-Swieqi

Marija Immakulata Omm il-Knisja-Tal-Ibraġ

Parroċċa Immakulata Omm Il-Knisja
Il-knisja tal-Ibraġ inbniet fl-1966 u b’Digriet tas-6 ta’ Novembru 1989 twaqqfet żona awtonoma ġdida maqtugħa mill-parroċċi ta’ Birkirkara, San Ġiljan u Ħal Għargħur. Fl-4 t’April 1999 saret parroċċa u llum tiġbor fiha l-oqsma ta’ St Andrew, Is-Swieqi, L-Ibraġ, Upper Gardens, High Ridge, Victoria Gardens u l-Madliena.

Il-knisja ta’ L-Ibraġ inbniet fis-sena 1966 u b’digriet episkopali datat 6 ta’ Novembru 1989, ġiet stabbilita bħala żona pastorali awtonoma għax qabel kienet tagħmel parti mill-parroċċi ta’ Birkirkara, San Ġiljan u l-Għargħur. Fl-4 t’April tal-1999, din il-parti saret parroċċa u tkopri fiha ż-żoni ta’ St Andrews, Swieqi, Ibraġ, Upper Gardens u High Ridge.
Il-Victoria Gardens u l-Madliena.

Il-festa titulari : Immakulata Kunċizzjoni: It-8 ta’ Diċembru

L-Imtarfa

Knisja Parrokjali Santa Luċija

Il-lokalita’ tal-Imtarfa li kienet tagħmel parti mill-parroċċa tar-Rabat, rat żieda fil-popolazzjoni tagħha matul dawn l-aħħar snin.

Għal numru ta’ snin il-knisja ta’ Santa Luċija qdiet il-funżjonijiet pastorali tagħha lir-residenti tal-Imtarfa. Mat-tluq tal-forzi militari Ingliżi, il-kappella ta’ San Oswaldu, li kienet il-kappella tal-isptar militari bdiet tintuża minflokha.

Kienet iddikjarata bħala Żona Pastorali Awtonoma fid-19 t’April 2000, u kienet iddikjarata bħala parroċċa fit-8 ta’ Diċembru 2004.

Quddisiet fiċ-Ċentru Pastorali
Il-Ħadd u l-Festi: 09:00am, 11:00am u 6:30pm
Sibt Filgħaxija: 6:30 pm
Ġranet ta’ matul il-ġimgħa: 7:45 am
Co-ordinates – 35° 53’ 35’’N 14 °24’02’’E

Web Analytics