
REĠJUN TRAMUNTANA
Ir-Reġjun Tramuntana jinkludi fih tnax-il kunsill lokali. Wieħed għandu jsib kull informazzjoni marbuta mal-operat u l-ħidma kollettiva tal-Kunsilli rispettivi fi ħdan ir-reġjun
L-għan ta’ dan is-sit u l-applikazzjoni magħmula għal fuq il-mowbajl huwa li jagħti lir-residenti u l-viżitaturi l-aktar informazzjoni reċenti u aġġornata.
Peress illi dan huwa proġett tal-komunità, nilqgħu fih u ninkoraġġixxu kull tip ta’ parir siewi biex inkomplu ntejbu l-kontenut u l-operat tagħna.
ISMA
Il-Kunsilli Lokali
L-Imdina
Ħad-Dingli
Ħal
Għargħur
Il-Mellieħa
L-Imġarr
Il-Mosta
In-Naxxar
Pembroke
Ir-Rabat
San Pawl il-Baħar
Is-Swieqi
Serje ta’ bloggs li huma ferm interessanti
Tliet pilastri dwar ir-reġjun tagħna.
L-Ambjent
Stħarriġ dwar dak li qed jiġri fir-reġjun biex naraw li nżommu mal-aspettattivi waqt li ntejbu l-ambjent ta’ madwarna.
Storja li ssawwarna u tagħmlilna unur
A better title for this is probably ‘ A HISTORY OF SOMETHING’ . L-iskop aħħari huwa dak li nwasslu numru ta’ suġġetti storiċi u temi kulturali dwar l-identita’ tar-reġjun Tramuntana u dak li jagħmilna differenti minn ħaddieħor.
Storja u Kultura
Curabitur arcu erat, accumsan id imperdiet et, porttitor at sem. Donec rutrum congue leo eget malesuada.
Dwar ir-Reġjun tat-Tramuntana
Malta hija maqsuma f’ħames reġjuni. Tlieta minnhom kienu oriġinarjament imwaqqfa mill-Att għall-Kunsilli Lokali tal-1993, u kienu imdaħħla fil-kostituzzjoni fis-sena 2001. Tnejn minn dawn ir-reġjuni kienu maqsumin f’oħrajn iżgħar, dan skont l-Att Nru. XVI tal-2009. Bħalissa f’Malta nkopru ħames reġjuni.
Kull reġjun għandu kumitat reġjonali li jikkonsisti minn President tar-Reġjun, Viċi President, Segretarju Eżekuttiv u bejn 10 u 14-il membru rispettivament.
Għalkemm ir-reġjun tagħna huwa l-iżgħar wieħed skont in-numru ta’ membri tal-Kunsill, ir-Reġjun tat-Tramuntana huwa probabbilment l-akbar wieħed fid-daqs u l-popolazzjoni.
Skont l-aħħar statistika dwar il-popolazzjoni maħruġa mill-NSO, hemm madwar 109,000 persuna, jew 23.5% tal-popolazzjoni Maltija jgħixu f’dan ir-reġjun. It-12-il kunsill huma kollha rurali b’żoni urbani sostanzjali li kibru matul dawn l-aħħar snin.
Huma kważi l-kunsilli lokali kollha li għandhom żoni agrikoli u kbar, kif ukoll industrija tat-turiżmu b’saħħitha.


Il-President tar-Reġjun Tramuntana
Clifford Galea Vella Maslennikov (aKa Clifford Galea) huwa l-President tar-Reġjun Tramuntana wara li rebaħ l-elezzjoni reġjonali tad-9 t’Ottubru 2021. Twieled fit-30 ta’ Novembru, 1985 u huwa min-Naxxar. Għalliem bi professjoni tal-istorja ta’ Malta u tal-Ewropa fejn għallem kemm fi skejjel sekondarji u anke bħala lettur fl-ITS (Istitut għall-Istudji Turistiċi) għal xi snin.
Fil-fatt huwa ggradwat fl-Istorja ta’ Malta mill-Università ta’ Malta, għandu ċertifikat ta’ PGCE fit-tagħlim tal-Istorja u Masters fl-Istudju Barokk. Studja l-ħsieb politiku u d-diversità fir-reliġjonijiet fl-Università di Tor Vergata f’Ruma. Clifford huwa wkoll kandidat għall-PHD fi ħdan l-Istitut tat-Turżimu, Ivjaġġar u Kultura fl-Università Maltija. Kiseb ukoll Diploma mil-London College of Music and Media mit-Thames Valley University ta’ Londra fl-istudju tal-pjanu.
Ta kontribut fil-qasam tal-ispettaklu Malti fejn kien jistudja l-vuċi u ħa sehem ukoll fil-Malta Song For Europe fost avvenimenti oħra u anke pparteċipaw f’festivals internazzjonali tal-kanzunetti fosthom f’Bucharest fir-Rumanija u f’Istanbul fit-Turkija.
Il-kitba hija parti minn Clifford fejn kien u għadu artikolist ta bosta ġurnali lokali, ‘online portals’ u anke ħareġ il-ktieb dwar l-esperjenza li għadda f’ħajtu Nifs li kważi kissirni. F’dan ir-rigward, huwa attivist dwar l-‘addiction’ fejn anke jagħti ‘talks’ u anke pproduċa programm televiżiv ta’ kuxjenza dwar dan fuq TVM. Ippreżenta u pproduċa bosta programmi oħra fuq ir-radju u t-televiżjoni speċjalment dawk marbuta mal-kultura u l-wirt ta’ pajjiżna.
Kien Minority Leader tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar bejn l-2009 u l-2019 u anke kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fl-2013. Huwa Viċi President tas-Soċjeta Mużikali Peace Naxxar u Viċi President tan-Naxxar Lions FC kif ukoll membru tal-Ordni ta’ San Ġwann.
Huwa c-Chairperson tal-Kunsill Konsusltattiv LGBTIQ+ u ġurnalist.
Għal qalbu l-aspett soċjali fl-umanità. Wettaq żewġ missjonijiet; waħda fil-Kenya u l-oħra fil-Peru u għen f’organizzazzjonijiet diversi bi ħsieb filantropiku għall-ġid tal-komunità.
F’Diċembru li għadda, Clifford ġie onorat b’Ġieħ in-Naxxar mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar għall-ħidma li jwettaq kontinwament favur it-titjib tas-soċjetà u anke f’raħal twelidu. Clifford għandu wkoll is-Silver Award mogħtiha lilu mill-Prinċep Edward fl-2011 meta ġie f’pajjiżna għall-perkors tiegħu fid-Duke of Edinurgh International Award Programme.
“Bl-onesta’, isir ħafna ġid. Anke bit-tbissima ġenwina u ferħ fil-qalb” – Clifford
Proġetti Soċjali tal-Komunita
L-Anzjani
Proġetti, Inizjattivi u Servizzi mwaqqfa minn żmien għal żmien b’risq l-anzjani tagħna.
Iż-Żgħażagħ
Avvenimenti Reġjonali, Proġetti u Attivitajiet għall-komunità żagħżugħa
Bżonnijiet Speċjali
Curabitur non nulla sit amet nisl tempus convallis quis ac.