Ġrajjietha
Meta turist jiġi Malta huwa imperattiv li jżur lil San Pawl il-baħar li toffri diversi attrazzjonijiet.
Madwar is-sena 800Q.K il-bajja naturali ta’ San Pawl il-baħar kienet ta’ użu bħala port strateġiku mill-baħħara. Numru ta’ oqbra Puniċi ġew imfassla mill-blat u d-dfin kien isir madwar il-kosta. Numru ta’ oġġetti ta’ dak il-perjodu bħal lampi taż-żejt, fuħħar u skeletri instabu waqt l-iskavi. Meta dawn tkeċċew mir-Rumani fis-sena 219Q.K, it-torrijiet Puniċi fl-akkwata ġew mibdula mill-ħakkiema l-ġodda.
Ir-regoli l-ġodda ntroduċew numru ta’ siġar indiġeni li llum jistgħu jitgawdew fis-sit Wardija Natura 2000. Fdalijiet oħra agrikoli Rumani li nsibu huma magħsar taż-żebbuġ, għodod tan-newl, bwieqi u ġarar tal-fuħħar biex jinħażen fihom l-inbid, iż-żejt taż-żebbuġa u l-għasel. It-traċċi tal-wirt ġewwa x-Xemxija juru preżenza rikka u mogħnija ta’ zmien ir-Rumani, fejn il-viżitatur jista’ jitpaxxa b’mixja mix-Xemxija sal-bajja ta’ Golden Sands. F’qiegħ il-baħar Arkeologi esperti fuq il-marittimu skoprew 17-il biċċa minn fdalijiet ta’ kċejjen Rumani. Viċin il-bajja, instabet miġbħa Rumana f’kundizzjonijiet impekkabbli.
Ix-Xemxija Heritage trail
Il-preżenza tal-ħakma Għarbija f’Malta tidher evidenti u l-fatt ta’ kemm hija viċin ix-Xemxija Heritage Trail tkompli tagħti valur storiku lil din il-parti. Grupp ta’ rżieżet Medjevali ġew irrestawrati u foresta magħmula min-nies ta’ dak iż-żmien tat arja friska u nadifa lil xifer ix-Xemxija.
Ir-Reġjun għandu erba’ siti tan-natura 2000 fejn għasafar tal-passa isibu l-kenn matul ix-Xitwa fir-reġjun. Matul il-kosta ta’ San Pawl il-baħar insibu mogħdija li twassal mix-Xemxija sas-salini tal-melħ li qegħdin fil-bajja tas-Salina. Numru ta’ kaxex tal-għassa u fortizzi inbnew matul il-kosta, li juru l-importanza strateġika tagħhom u l-irwol li kellhom fl-aħħar tlett mitt sena. Il-kavallieri bnew ukoll it-torri ta’ Wignacourt. It-torri nbena fis-sena 1610 mill-Grammastru Alof de Wignacourt u huwa l-eqdem torri eżistenti ta’ difiża mal-kosta Maltija. It-torri kien wieħed minn tal-ewwel li nbena matul il-kosta f’Malta. Dan it-torri ġie ddisinjat mill-arkitett Malti Vittorio Cassar bejn is-snin 1610-49. It-torri Wignacourt kien l-aktar wieħed ta’ difiża fuq in-naħa tat-Tramuntana ta’ Malta, qabel ma nbena t-torri ta’ Sant’Agatha (it-torri l-aħmar), fil-Mellieħa.
It-Torri Wignacourt
Fi żmien l-Ingliżi t-trinka maġenb l-Akkwarju Nazzjonali kienet importanti ħafna matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. Matul l-ewwel gwerra dinjija ftit li xejn saret ħsara lil-lokalita’ fejn dak iż-żmien Malta kienet taqdi l-irwol tagħha bħala infermiera tal-Mediterran. Xenarju differenti seħħ fit-Tieni Gwerra Dinjija, fejn fuq il-ponta tal-Qawra ġie nstallat l-ewwel radar mobbli mill-armata Brittanika. Numru ta’ bombi waqgħu fuq djar ta’ bdiewa u sajjieda.
Illum baqa’ biss ftit sajjieda u komunita’ żgħira ta’ bdiewa li jikkontribwixxu għal dħul lil-lokalita’ u li dawn jiddependu l-aktar fuq it-turiżmu. Numru ta’ lukandi u flettijiet żdiedu minn żmien għal żmien madwar il-kosta.
Menqa
It-turiżmu huwa importanti ħafna għall-gżira tagħna u turiżmu b’aspett reliġjuż jista’ jgħin lil gżiritna bħalma n-nawfraġju tal-appostlu San Pawl ħalla impatt qawwi fuq in-nies tal-gżira. Turiżmu b’aspett kulturali qabad tajjeb ħafna u eluf ta’ turisti jiġu Malta biex iżuru s-siti arkeoloġiċi bħat-tempji preistoriċi. F’Buġibba, wieħed mill-attrazzjonijiet turistiċi li nsibu huwa l-fdalijiet ta’ tempju preistoriku, li l-fdalijiet li nstabu fih, jagħtu xhieda li nies ta’ żmien ir-ram għexu f’din il-parti.
L-Agrituriżmu u t-turiżmu Marittimu huma fil-bidu tagħhom. Wieħed mill-pilastri tat-turiżmu marittimu sejjer tajjeb ħafna minħabba li diversi skejjel tal-għadds qegħdin joffru mawriet interessanti taħt il-baħar lill-għaddasa.
Il-ħajja bil-lejl f’din l-akwata, pubs, ristoranti u postijiet ta’ divertiment oħra għenu biex ikun hemm kwalita’ ta’ servizzi turistiċi aħjar għall-viżitaturi.
Mawra sa San Pawl il-Baħar tagħti lit-turist togħma ta’ diversita’ multikulturali li huwa abbundanti ħafna f’din il-parti ta’ Malta. Il-popolazzjoni ta’ dawk li jgħixu b’mod permanenti fil-lokalita’ hija l-akbar waħda f’Malta.
Kunsillieri
Kunsillieri













Servizzi

Librerija Pubblika
Post
Il-kulleġġ Marija Reġina
L-iskola Primarja f’Dan Pawl il-baħar
Triq l-Iskola
San Pawl il-Baħar
Email: sanpawlil-bahar.library@gov.mt
Ħinjiet tal-ftuħ
Il-Ġimgħa: 08.30 san-12.30
Is-Sibt: 14.00 sal-16.00

Għajnuna Soċjali u Assistenza
Servizzi oħrajn
For a more comprehensive list, please click HERE.