Ġrajjietha
Hemm ħafna verżjonijiet differenti ta’ minn fejn oriġina l-isem Dingli.
Skont ir-riċerka kondotta minn Fr. Alexander Bonnici, l-isem Dingli ġej minn isem kavallier Ingliż,Sir Thomas Dingley, li kien ġie joqgħod f’dawn l-akwati fl-1540. Dingley kien staqsa lill-Ordni għall-medda art f’din l-akwata biex jibni binja għall-kaċċa wara li tneżża’ minn ġidu mir-Re Henry VII, li kien inqata’ mill-Knisja Kattolika.
Il-motta tar-raħal huwa “Non Segnis Quies Ruris”, li tista’ tiġi tradotta għal ” Il-kwiet rurali mhuwiex għażż” jew kif jittraduċiha Fiott, “Is-Solitudni tal-biedja mhijiex indolenza”
L-emblema ta’ Ħad-Dingli hija maqsuma djagonalment f’erba’ trijangli: tnejn ikħal ċar, faċċata ta’ xulxin b’mod orizzontali u tnejn ħomor faċċata ta’ xulxin b’mod vertikali. Kollha kemm huma separati minn bordura bajda.
Id-djalett lokali, l-iktar dak tal-ġenerazzjoni anzjana, baqa’ intatt matul iċ-ċentenarji tal-eżistenza tiegħu. Kulturi differenti mxew lejn Ħad-Dingli reċentement, iżda d-djalett għadu ħaj fil-qalba tar-raħal. Id-djalett huwa eżempju ċar ta’ wirt kutlurali li għandu jiġi mħares min-nies lokali għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Il-popolazzjoni fl-1615 kienet ta’ 338 persuna jgħixu f’75 dar. Din telgħet għall-580 f’120 dar fl-1667. Din iż-żieda setgħet kienet ir-riżultat tal-amalgamazzjoni bejn żewġ ħamlets. Il-popolazzjoni ta’ Ħad-Dingli splodiet ‘il fuq fil-bidu tat-tmeninijiet, meta skemi ġodda ta’ housing soċjali bdew ifuru mir-Rabat. Dawn l-iskemi l-ġodda attiraw koppji żgħażagħ biex jibdew il-familja tagħhom u jgħixu ġewwa Ħad-Dingli.
Kunsillieri
Kunsillieri







Dikjarazzjoni
Bl-iskop aħħari li ambjent ikun ta’ prijorita’ għar-residenti u tkompli tiżviluppa l-aħjar infrastruttura fil-lokalita’. Wieħed irid jifhem li Ħad-Dingli huwa post purament residenzjali.
Wieħed irid jara li dan ma jkunx f’konflitt mal-komunita’ kummerċjali, li hija ta’ benefiċċju għal-lokalita’. Dan jista’ jwassal u jiġġenera fondi ta’ żvilupp u żamma tal-patrimonju storiku .
Iridu naraw li jkun hemm żvilupp u ppjanar sostenibbli. Dan l-iskop jintlaħaq billi naħdmu mill-qrib mal-Awtorita’ tal-ippjanar, billi:
a) Ninvolvu ruħna kull meta jkun hemm il-bżonn meta ċerti proġetti jaffettwaw jew li jkunu ta’ detriment għar-residenti.
b) Nagħtu s-suġġerimenti tagħna biex il-binjiet ta’ portata storika u ta’ karattru jiġu nklużi fil-lista, biex din il-propjeta’ tkun protetta.
c) L-Awtorita’ tal-ippjanar tavża jew tiġbed l-attenzjoni fejn ikun meħtieġ.
Finalment, wieħed jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tar-residenti, biex b’hekk ikunu parti mit-teħid tad-deċiżjonijiet, li finalment sejrin jaffetwaw lilhom.
Valuri
Valuri bi prijorita’ għas-snin li ġejjin:
a) Nimmassimizzaw il-bżonnijiet kollha meħtieġa għall-komunita’ tagħna b’mod ħolistiku, waqt li nħarsu n-neċessitajiet individwali u ta’ kull settur.
b) Inħarsu l-ambjent u l-patrimonju kulturali tal-komunita’ Dinglija.
c) Tmexxija ġusta, serja u trasparenti.
d) Jitrawwem sens ċiviku fost ir-residenti.
Dan il-għan jista’ jintlaħaq permezz ta’ persuni li jaħdmu flimkien f’ħidma tolleranti.
Ġemellaġġ tal-lokalita’
Il-lokalita’ tagħna hija ġġemellata ma’ Monte Isola, gżira fit-tramuntana tal-Italja.
Dan il-ġemellaġġ huwa ibbażat fuq 5 temi komuni:
• Gastronomija
• Tradizzjonijiet
• Turiżmu
• Edukazzjoni
• Sports/NGOs
Din il-ħbiberija bejn iż-żewġ lokalitajiet bdiet fl-1 ta’ Settembru 2018.
Servizzi
Ġbir ta’ Skart Kbir (Bulky Refuse)
Għall-ġbir ta’ skart goff (bulk refuse collection), agħmlu użu mill-formula REPORT IT! billi tikklikkjaw ‘request’ fuq il-link li tinsab taħt.
Imla’ d-dettalji kollha meħtieġa u agħmel it-talba. Tiġu kkuntattjati biex tingħataw id-data u l-ħin meta sejjer isir il-ġbir.

Ċentru għal matul il-jum
Indirizz
14, Triq il-Parroċċa
Ħad-Dingli
Ħinjiet tal-ftuħ
Mit-Tnejn sal-Gimgħa
07.00am ta’ filgħodu sat-15.15pm wara nofsinhar

Librerija Pubblika
Indirizz
118, Triq il-kbira
Ħad-Dingli
Ħinjiet tal-ftuħ
Ix-Xitwa
L-Erbgħa – 14.00 sal-16.00 wara nofsinhar
Is-Sibt- 10.00 ta’ filgħodu sas-13.00
Is-Sajf
L-Erbgħa – 11.00am ta’ filgħodu sas-13.00pm
Il-Ħamis u l-Ġimgħa – mid-09.00am ta’ filgħodu sas-13,00pm.
Is-Sibt- 10.00 ta’ filgħodu sas-13.00
