Ġrajjietha

 

Swieqi (bil-Malti: Is-Swieqi) hija lokalita’ fir-reġjun tat-Tramuntana ta’ Malta. Hija żona residenzjali 15-il minuta bogħod b’tal-linja minn Tas-Sliema u ftit passi bogħod mill-postijiet tad-divertiment u l-ħajja notturna ta’ Paceville u San Ġiljan. Meta l-lokalita’ bdiet tiżviluppa, il-bini residenzjali ħa post l-għelieqi u r-raba’. L-isem tal-lokalita’ jfisser “kanali tal-ilma” b’tifkira għall-imgħoddi tar-reġjun.

Il-popolazzjoni uffiċċjali sal-1 ta’ Jannar tal-2019 hija ta’ 14,452

Tagħrif importanti

Ir-reġjun tas-Swieqi jinkorpora fih Is-Swieqi, Tal-Ibraġ, Il-Madliena u St. Andrews. Oriġinarjament Il-Madliena u St. Andrews kienu jiffurmaw parti mill-Għargħur. Il-ħamlet tal-Madliena ħadet isimha mill-Kappella ta’ Santa Marija Madalena li kienet inbniet fis-seklu ħmistax. Tal-Ibraġ huwa ħamlet ġdid li żviluppa fl-aħħar snin u li kwazi laħaq il-massimu tiegħu bħala żvilupp. St. Andrew’s jinsab fil-limiti tas-Swieqi biswit il-lokalita’ ta’ Pembroke. L-arma ta’ din il-lokalita fiha sinjal ziguzajg aħmar u dehbi li jindika l-widien u l-għelieqi Tal-Ibraġ, mewġ ikħal li jindika l-kanali tal-ilma (swieqi bil-Malti) u saltire tal-fidda. Il-Madliena hija indikata bl-ittra ħamranija M. Is-Swieqi għandu l-kunsill lokali tiegħu, u fl-2007 ingħatalu l-kodiċi postali tiegħu (SWQ…) Matul l-istorja fi żminijiet differenti l-lokalita’ kienet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ San Ġiljan, Birkirkara, San Ġwann, In-Naxxar u Ħal Għargħur

Kunsillieri

Noel Muscat

Sindku

Mary Ann Abela

Viċi Sindku

Rowena Scicluna

Kunsillier

Paul Fenech

Kunsillier

Anna Pisani

Kunsillier

Theresa Valentino

Kunsillier

Edgar Rossingnaud

Kunsillier

Matthew Bonello

Kunsillier

Alexander Chetcuti

Kunsillier

Kunsillieri

Noel Muscat

Noel Muscat

Sindku

Mary Anne Abela

Mary Anne Abela

Viċi Sindku

Rowena Scicluna

Rowena Scicluna

Kunsillier

Paul Fenech

Paul Fenech

Kunsillier

Anna Pisani

Anna Pisani

Kunsillier

Theresa Valentino

Theresa Valentino

Kunsillier

Edgar Rossignaud

Edgar Rossignaud

Kunsillier

Matthew Bonello

Matthew Bonello

Kunsillier

Alexander Chetcuti

Alexander Chetcuti

Kunsillier

Servizzi

Il-Ġbir tal-Iskart Domestiku

Jekk jogħġbok agħfasHERE biex tara l-iskeda tal-ġbir tal-iskart domestiku.

Meta wieħed għandu joħroġ il-borża s-sewda, il-griża u dik organika.

Ġbir ta’ Skart Kbir (Bulky Refuse)

Għall-ġbir ta’ skart kbir (bulk refuse), jekk jogħġbok uża r-“request” link hawn taħt.

Imla’ d-dettalji kollha meħtieġa u agħmel it-talba. Tiġu kkuntattjati biex tingħataw id-data u l-ħin meta sejjer isir il-ġbir.

Ġbir ta’ Skart Riċiklabbli

Id-dettalji kollha huma inklużi fl-istess tabella tal-Iskart Domestiku.

Għall-iskeda tal-ġbir ta’ skart magħmul mill-ħġieġ agħfas HERE.

Servizzi fuq barra

Meta tuża’ REPORT IT! tkun qed tgħin lill-Kunsill biex iżomm servizz ta’ kwalita’ kontinwju fil-lokalita’.

Jekk jogħġbok agħfas il-buttuna hawn taħt biex tibgħat rapport dirett lill-Kunsill.

Servizzi oħrajn

Il-pagament jistgħu jitħallsu fl-uffiċċju tal-Kunsill, li jinkludu ċitazzjonijiet tal-LESA, permessi, pagamenti ta’ kirjiet tal-art, liċenzji tan-negozju, pagamenti tal-MTA, eċċ…u huma aċċettati sa nofsinhar (Tnejn sal-Ġimgħa) u s-Sibt sal-11:00. Fil-każ tal-LESA, MTA u Lands, minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid 19, il-banek qed jitolbu li l-pagamenti mill-persuna jsiru biss permezz ta’ ċekk (mhux cash), b’pagamenti bil-cards li dalwaqt jiġu implimentati. Minflok, jistgħu wkoll jiġu mħallsa online permezz tal-websites rispettivi tal-entitajiet konċernati.

Servizzi Soċjali limitati: Il-Ħamis 09:15 – 12:00

Klinika bir-riċetta mill-uffiċċji tagħna kull nhar ta’ Tlieta 10:00 – 11:00, u l-Ġimgħa mill-11:30 – 12:45.

Sessjonijiet ta’ Speech Therapy: It-Tnejn 07:30 – 15:00, It-Tlieta 07:30 – 09:30 & 11:30 – 15:30

Klinika tas-Saħħa (Berġa): It-Tlieta 10:00 – 13:00am u l-Ġimgħa 11:30 – 12:45. Dawk mingħajr appuntament iridu jiġu kmieni.

Tai Chi: It-Tnejn u l-Ħamis 08:30 – 09:30 & 09:30 – 10:30

Pilates: It-Tnejn 11:30 – 12:30 & 12:30 – 13:30
Step-Up for Parkinson’s: It-Tlieta u l-Ħamis 18:00 – 20:00

Line Dancing: L-Erbgħa 09:30 – 10:30 & 10:30 – 11:30

Musical Theatre: L-Erbgħa 11:30 – 13:30
Zumba: 19:30 – 20:30

Square Dance (Chinese Fitness Class għal kull eta’, irġiel u nisa): Il-Ħamis 16:00 – 17:00

Swieqi Music Academy għall-Vjolin, Viola and Cello: Il-Ġimgħa fl-16:00

Lokalita’

src="https://c.statcounter.com/12342987/0/8dee36bb/1/" alt="Web Analytics" />
Web Analytics