Ġrajjietha

 

Pembroke ħa l-oriġini tiegħu mill-Kavallieri ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalem li bnew żewġ Torrijiet tal-Għassa mal-kosta, li servew bħala mezz ta’ difiża għall-Port il-Kbir minħabba l-pożizzjoni strateġika tiegħu. Madanakollu, is-Servizzi Ingliżi kienu strumentali fl-iżvilupp u l-fortifikazzjoni ta’ Pembroke.

L-ewwel barrikati prinċipali nbnew bejn l-1859 u l-1862 u kienu msemmija għall-Qaddis Patrun tal-Ingilterra – San Ġorġ. Barrikati oħrajn inbnew aktar tard u kienu msemmijin għall-Qaddisin Patruni tal-Irlandu u l-Iskozja – San Patrizju u Sant’ Andrija. Il-Forti ta’ Pembroke nbena bejn l-1875 u l-1878 biex iservi bħala difiża, l-aktar biex jissalvagwardja l-approċċ fuq il-baħar lejn il-Port il-Kbir u biex jiddefendi in-naħa tal-lemin tal-Victoria Lines. Aktar ‘ il quddiem, il-Pembroke Battery ġiet mibnija bejn l-1897 u l-1899 biex isservi għall-istess raġuni.

Reġimenti varji servew ġewwa Pembroke u l-aħħar suldati telqu minn Pembroke fl-1979. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Priġunieri tal-Gwerra Ġermaniżi kienu msakkrin Pembroke u matul iż-żmien li kienu hemm, bnew kappella żgħira li serviet għall-bżonnijiet tas-Servizzi Ingliżi.

Minn dak iż-żmien, l-art li kienet mixtrija mis-Servizzi Ingliżi mal-wasla tagħhom Malta ngħatat lura lill-Gvern Malti. Għall-ftit tas-snin, Pembroke kien abbandunat iżda f’nofs it-tmeninijiet, il-barrikati kienu kkonvertiti f’residenzi privati, uffiċini u kumpless turistiku. Fl-istess żmien, il-Gvern ħareġ għall-bejgħ plots biex jinbnew u jinxtraw, u l-ewwel residenti bdew joqogħdu hemm fl-1986.

Matul is-snin li ġejjin, Pembroke għandu jara influss ikbar ta’ residenti hekk kif il-programm ta’ estensjoni tal-housing miexi ġmielu.

Bis-saħħa tal-Att tal-Kunsilli Lokali (1993), Pembroke kien wieħed mis-67 lokalitajiet li kellu l-Kunsill Lokali tiegħu. L-ewwel elezzjoni saret is-Sibt 19 ta’ Marzu 1994. Minn dak iż-żmien saru tmien elezzjonijiet oħrajn fl-1996. 1999, 2002, 2005, 2008, 2013 u 2019. L-elezzjoni li jmiss hija fl-2024.

Kunsillieri

Dean Hili

Sindku

Omar Elaref Arab

Viċi Sindku

Désirée Vella Brincat

Kunsillier

Carmel Cesare

Kunsillier

Raymond Lanzon

Kunsillier

Kevin Borg

Segrattarju Eżekuttiv

Kunsillieri

Dean Hili

Dean Hili

Sindku

Omar Elaref Arab

Omar Elaref Arab

Viċi Sindku

Désirée Vella Brincat

Désirée Vella Brincat

Kunsillier

Carmel Cesare

Carmel Cesare

Kunsillier

Raymond Lanzon

Raymond Lanzon

Kunsillier

Kevin Borg

Kevin Borg

Segrattarju Eżekuttiv

Servizzi

Il-Ġbir tal-Iskart Domestiku

Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna hawn taħt biex tara xi skart jinġabar matul il-ġranet tal-ġimgħa.

Meta wieħed għandu joħroġ il-borża s-sewda, il-griża u dik organika.

Ġbir ta’ Skart Kbir (Bulky Refuse)

Għal ġbir ta’ skart goff, ikklikkja fuq ir-‘request’ link hawn taħt.

Imla’ d-dettalji kollha meħtieġa u agħmel it-talba. Tiġu kkuntattjati biex tingħataw id-data u l-ħin meta sejjer isir il-ġbir.

Ġbir ta’ Skart Riċiklabbli

Id-dettalji kollha huma inklużi fl-istess tabella tal-Iskart Domestiku.

Għall-ġbir ta’ skart tal-ħġieġ, trid tikklikkja fuq il-link li jidher hawn taħt.

Il-Knis tat-Toroq

Billi jintuża l-makkinarju jew il-kennies, qed nassiguraw l-indafa tat-toroq tagħna kuljum.

Ikklikkja fuq il-buttuna REPORT IT!, jekk tara xi żona li ma ġietx miknusa.

It-Tindif taż-Żoni Urbani

It-tindif permezz tal-makkinarju taż-żoni urbani jsir f’qasir żmien fuq bażi regolari.

Ikklikkja fuq il-buttuna REPORT IT!, jekk tara xi żona li ma ġietx miknusa.

Web Analytics